Pular para o conteúdo

Es Sidr (taħdita u siltiet) - Omar N’Shea

14 de dezembro de 2025 · 1 h 31 min

Notas do episódio

« Meta kont qiegħed infittex il-ġeneru ta’ kitba fil-Malti li seta’ jgħinni ngħid dak li kont qed nipprova ngħid, ovvjament mort l-ewwel lejn il-kotba tal-istorja u lejn il-bijografiji, l-awtobiografiji, u mhux fil-Malti biss, ovvjament ġej minn letteratura ħafna iktar wiesgħa. Però ridt inħares lejn il-Malti speċifikament. Ħassejt illi s-suġġett huwa dejjem fiss fil-memoir, fil-bijografija, fl-istorja is-suġġett huwa dejjem fiss jiġifieri inti qed taħdem minn suġġett illi huwa dejjem fiss. Jiena kelli kollox ħlief suġġett fiss, jiġifieri jiena dawn in-nies li qed nikteb fuqhom assolutament ma kont naf xejn dwarhom ħlief li kelli teoriji ġo rasi. Allura ndunajt illi assolutament ma nistax nikteb memoir għaliex jiena ma kelli xejn fuqhom u lanqas ma kelli fuqi nnifsi. Lanqas kelli l-lingwa biex nikteb fuqi nnifsi, allura bdejt infittex dak il-ġeneru li lili beda jtini l-possibbiltà biex nitteorizza s-suġġettività tiegħi. Mhux biex nitkellem fuqi però biex nitkellem fuq dawk in-nies bħali illi jiena ma bdejtx nara fil-kitbiet li kont qed infittex. Ovvjament, għandna ħafna bijografiji ta’ politikanti, avukati, nutara, kollha erbgħin euro u ħamsin euro. Għandna ħafna memoirs. Inħoss illi meta inti tiġi minn klassi speċifika, klassi rispettata mis-soċjetà, klassi li hija rappreżentata tajjeb, klassi illi hija emanċipata ħafna, klassi li għandha rappreżentazzjoni vera, anke fis-soċjetà, inti konxju ħafna tas-suġġettività tiegħek. U peress illi inti konxju tas-suġġettività tiegħek għandek ħabta tirrekordja s-suġġettività tiegħek, iżżomm djarju pereżempju. Li tikteb il-memoir tiegħek, li taf f’xi punt xi ħadd se jikteb il-memoir tiegħek, allura anke tgħix il-ħajja kważi koreografata jew kurata b’dan il-mod illi taf li xi darba xi ħadd ħa jikteb fuqek jew inkella għall-inqas li ħajtek hija denja li tikteb fuqha. Jiena ma niġix mill-klassi soċjali fejn nista’ nagħmel dan. Jiena ħbejt id-dettalji ta’ ħajti, mhux niżżilthom fid-djarju. Allura meta bdejt niltaqa’ mal-esej u mal-esejistika u l-kitba letterarja esejistika bdejt inħoss li hemmhekk tista’ tilgħab ħafna iktar, għaliex il-ġeneru mhux daqshekk fiss. Anki għaliex iħallik iddaħħal tropes letterarji, pereżempju, jew mill-arkivji. Għaliex ħadd mhu qed jikteb għalina u ħadd ma qed jikteb fuqna għaliex ħajjitna mhijiex denja li tinkiteb fuqha. Jiena trabbejt nemmen illi fil-kotba, fid-dinja tal-kotba, fl-ekosistema tal-kotba, nies bħali m’hemmx għalfejn, anzi mhux talli m’hemmx għalfejn ikun hemm ktieb fuqhom talli m’aħniex denji li jkun hemm kitba fuqna. Allura ovvjament jiena ġej minnha u għandi bżonn nitteorizzaha din, u l-memoir ma jħallinix nitteorizzaha. Jiġifieri meta taqraw Es Sidr, ovvjament Es Sidr huwa teorija sħiħa fuq l-internazzjonalità tal-ġeneru, tal-klassi, tal-etnija, u tal-ġisem fl-istorja, huwa teorija sħiħa. U allura hemmhekk l-esej jagħtini l-ispazju, u jagħtini n-nifs, biex nitteorizzaha mingħajr ma nkun qed nagħmel teorija espliċita ta’ metodoloġija, bħalma nagħmlu fl-akkademja, ovvjament, għaliex ġej mil-letteratura. Meta nitkellmu fuq ħajjitna ħafna drabi niġu patoloġizzati, kemm għandek ħajtek trawmatika, pereżempju, qed tikteb it-trawma. Le jiena qed nikteb l-affarijiet li vera nħobb fi tfuliti. Dawn l-istrateġiji ta’ ħabi, dawn l-affarijiet li kienu jdejquni, jien inħobbhom u ngħożżhom u tgħallimt ngħix bihom, u tgħallimt ngħix magħhom, bħalma nies bħali tgħallmu jgħixu magħhom. M’iniex qed nikteb it-trawma, però qiegħed nikteb kif għext ħajti, u ħajti ma kinitx trawmatika bl-ebda mod, kieku kienet trawmatika m’iniex qiegħed hawnhekk. »


Fit-3 ta’ Diċembru, fil-Librerija Pubblika ta’ Pembroke, Omar N’Shea tkellem mal-librar Rafel Grima dwar Es Sidr, u qara wkoll xi siltiet mill-ktieb.


Es Sidr jinsab għall-bejgħ: https://aphroconfuso.mt/kotba-omar-nshea-es-sidr/


ritratt: Beverly Agius

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

Todos os episódios de Aphroconfuso

Configurações

Exibição

Idioma

Define quais estações você vê primeiro na página inicial.

Histórico

As rádios e episódios ouvidos recentemente e suas últimas buscas ficam só neste navegador.

Avisos

Um aviso rápido quando um podcast que você segue tem um episódio novo. Desative podcasts individuais pelo sino na página deles.

Conta

Salve favoritos – no app e no site.

Atalhos de teclado

/
Abrir busca
Espaço
Reproduzir ou pausar
← →
No player: voltar 15 s, avançar 30 s (episódios) · na fileira: próximo bloco
↑ ↓
Na fileira: alvo dentro do bloco
Home / End
Na fileira: primeiro ou último bloco
Esc
Fechar janela ou menu
?
Esta visão geral
Tocando agora

Ir para a estação

A seguir

    Adicione episódios com “A seguir” – eles tocam depois do episódio atual.