Skip to content

Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress (silta) - Loranne Vella

April 4, 2026 · 16 min

Show notes

Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress se jiġi ppubblikat fl-10 ta’ April 2026.


It-tnedija se ssir fis-7pm fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta, Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. Ordna l-ktieb minn fuq il-website u ejja iġbru waqt it-tnedija.


F’nofs ħajjitha, mara titlaq mill-belt bi ħsibijietha u b’tifkirietha. Tmur lura s-snin ta’ ħajjitha, u s-snin kollha tal-ġnien li darha nbniet fuqu, sakemm dan ma jkunx biżżejjed u pass wara pass, riġlejha joħduha fuq pellegrinaġġ tul ix-xmajjar u qalb is-siġar u l-ħxejjex. Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress jirrakkonta t-tfittxija għall-maqdes u għall-masġar li ġie qablu, il-mixi fit-tul taħt id-dawl tax-xemx u tal-qamar hi u tfittex pajjiż il-Kukkanja ’l bogħod mill-bliet.


Irrid ngħallimni t-triq għall-ħelsien. Nerħi minn fuq spallejja għal mal-art sorra ħwejjeġ ma jiġunix u nimxi ’l hemm. Li nsib f’idi filgħodu rrid narah jaħrabli ftit ftit minn bejn is-swaba’ sa filgħaxija mingħajr tberrin li forsi l-għada se jirnexxili naħfen inqas jew xejn. Mix-xejn irrid insawwar festa. Inbattal u nwessa’, niftaħ għall-arja u nnaqqas mit-toqol. Il-ħafif aħjar mit-tqil, il-wisa’ aħjar mid-djuq, ħaġa nieqsa tferraħni iktar minn ħaġa żejda għax it-tbissim ma jimxix id f’id mat-tiġmigħ u l-ħżin. Ma rrid xejn ħlief il-ħelsien minn kollox. Ħielsa m’iniex, ilsira bla ma naf mit-twelid. Iderruni nibla’ s-semm tas-servitù sa ma nieqaf intiegħem l-imrar, minn jeddi nitlob għal iktar, nistħajjilni xxurtjata li għandi x’nixrob biex naqta’ l-għatx. Irrid ngħallimni nobżoq dil-morra, ngħallimni nfittex il-ħlewwa minflok. Irrid inqum u nitlaq. Inqum fuq saqajja u nimxi. Pass pass.


Travi taċ-Ċedru Saqaf taċ-Ċipress huwa r-raba’ rumanz ta’ Loranne. Għal tnejn mir-rumanzi preċedenti tagħha, Rokit u Marta Marta, rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb .

It-tnedija se ssir fis-7pm fil-kwartieri tal-Friends of the Earth Malta, Xatt iċ-Ċangatura, il-Furjana. L-eqreb waqfiet tal-linja huma Sarrija u Floriani A, B, C. Ordna l-ktieb u ejja iġbru waqt it-tnedija.

Hosted on Acast. See acast.com/privacy for more information.

All episodes of Aphroconfuso

Settings

Display

Language

Decides which stations you see first on the home page.

History

Recently played stations and episodes and your latest searches are only stored in this browser.

Notifications

A short notice when a podcast you follow has a new episode. Turn off single podcasts with the bell on their page.

Account

Save favorites – in the app and on the website.

Keyboard shortcuts

/
Open search
Space
Play or pause
← →
In the player: back 15 s, forward 30 s (episodes) · in a row: next tile
↑ ↓
In a row: target within the tile
Home / End
In a row: first or last tile
Esc
Close window or menu
?
This overview
Now playing

Go to station page

Play next

    Add episodes with “Play next” – they play after the current episode.